Skart Goff

Ġbir ta Skart Goff (bl-appuntament)
Ir-residenti tal-Mosta huma mitluba jikkuntattjaw lill-Kunsill Lokali tal-Mosta fuq 2779 6010 jew fuq l-Imejl mosta.lc@gov.mt sabiex jagħmlu appuntament u jinġabar l-iskart goff, jew tistaw wkoll timlew din il-formola onlajn, u tiġu kkunttatjati lura b'appuntament.

Il-kuntrattur mhux obbligat jiġbor aktar minn 4 oġġetti minn kull residenza.  Materjal tal-kostruzzjoni ma jinġabarx.  Jekk hu possibli, l-oġġetti għandhom jiġu ppakkjati u mqiegħda fi driveway jew front porch.

Huwa importanti li tindika t-tip ta' oġġetti li għandhom jinġabru u tkun speċifika kemm jista' jkun peress li l-kuntrattur ma jiġbor xejn li ma jkunx speċifikat.

Wieħed jista' wkoll jarmi kwalunkwe skart goff (inkluż materjal tal-kostruzzjoni) f'kull ġurnata f'wieħed mis-siti mmexxija minn Wasteserv.

Aktar informazzjoni tinstab fuq https://www.wasteservmalta.com/casites