Dikjarazzjoni ta' Aċċessibbiltà

 

Accessibility Statement 

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-websajt uffiċjali tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u ġiet aġġornata l-aħħar fil-21 ta' Settembru 2019.

STATUS TA' KONFORMITÀ


Il-Kunsill huwa impenjat li jagħmel is-servizzi onlajn tiegħu aċċessibbli għal kulħadd. Aħna ddedikati biex intejbu kontinwament l-aċċessibilità tas-servizzi tagħna. Dan nagħmluh billi naddottaw l-aħjar prattiki kif ikkomunikati mill-partijiet interessati bħall-FITA u l-utenti.

 
 

PROĊESS TA' KONFORMITÀ


Il-websajt tagħna huma ddisinjati biex jaħdmu mal-aħħar web browsers bħal Edge, Safari, Firefox u Chrome browsers.

Bħala parti minn dan l-isforz, aħna nżommu mal-istandards ta' aċċessibilità EN310549 u l-linji gwida WCAG2.1. Ir-riżorsi u l-formoli onlajn tagħna huma evalwati kemm manwalment kif ukoll programmatikament għall-konformità mal-linji gwida tal-Livell AA tad-WCAG2.1. Il-websajt tagħna hija ddisinjata biex taħdem tajjeb u tkun aċċessibbli meta jiġu aċċessati bi prodotti ta' hardware u software aġġornati kif xieraq.

 

Barra minn hekk nirrikonoxxu li l-osservanza tal-istandards u l-linji gwida, ma tistax waħedha tiżgura li prodott huwa aċċessibbli, aħna nwettqu wkoll evalwazzjonijiet tal-użabilità b'kollaborazzjoni mal-utenti, sabiex niġbru r-reazzjonijiet meħtieġa. Naħdmu wkoll biex nimplimentaww l-aċċessibilità għall-kanali ta' informazzjoni li permezz ta' pjattaformi oħra kull fejn hu possibbli, bħall-midja soċjali.

​​​​MIŻURI TA' AĊĊESSIBBILTÀ


Il-websajt tagħna ma tiddependix fuq widgets tat-tipa, fonts u modifika fil-kulur. Dan għaliex funzjonalitajiet bħal dawn huma diġà integrati fil-biċċa l-kbira tal-web browsers jew huma disponibbli permezz ta' add-ons u plugins differenti li utenti differenti huma liberi li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. Bħala riżultat, dawn l-adattamenti arbitrarji tal-utenti huma disponibbli għal ħafna mill-websajts, mhux biss għal dak tal-Kunsill tagħna. Sabiex inħallu dan il-livell ta' adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibilità ma' dawn il-modifiki tal-utent.

Bħala parati minn u flimkien mal-linji gwida msemmija hawn fuq, il-websajt tagħna timplimenta il-karatteristiċi ta' aċċessibilità li ġejjin: 

  1.  Żamma ġerarkija ta' Intestatura HTML konsistenti u tqassim ta' informazzjoni fuq paġni tal-web differenti.
  2.  Kontenut ta' informazzjoni huwa organizzat f'listi HTML kull fejn applikabbli.
  3.  L-ikona tal-Mouse tinbidel meta il-Pointer jitqiegħed fuq link permezz tal-funzjonalità tal-Browser.
  4.  Żid titolu tal-immaġni, alt tag u caption fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
  5.  Immassimizza l-kuntrast tal-kulur għat-test fejn applikabbli.
  6.  It-test tal-link attwali huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utenti lejn fejn tindika l-link.
  7.  Implimenta l-links esterni kollha sabiex jinfetħu f'tabs tal-browser ġodda.

​​​​KONTENUT INAĊĊESSIBLI

Aħna maħniex konxji ta' kontenut speċifiku inaċċessibbli jew kwistjonijiet ta' aċċessibilità fuq il-websajt tagħna. Jekk tidentifika kontenut bħal dan, ġentilment għarrafna permezz tad-dettalji ta' kuntatt ipprovduti hawn taħt. Jekk tinqala' tali istanza l-għan tagħna huwa li ninvestigaw il-kwistjoni bil-għan li nidentifikaw il-kwistjoni ta' aċċessibilità u nġibu ż-żona affettwata f'konformità.

​​​​FEEDBACK U DETTALJI TA' KUNTATT


Inevitabbilment, mhux dejjem se nagħmluha sewwa, iktar ma npoġġu servizzi u riżorsi online, iktar ikun probabbli li ma nindunawx b'xi problemi, imma nibqgħu impenjati li nindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta' aċċess fil-pront. U huwa hawn fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk ikollok xi diffikultajiet fl-aċċess għall-websajt tagħna, jew ikollok problemi biex tuża kwalunkwe aspett tal-websajt, nixtiequ li tgħarrafna

Tista' tikkuntattjana hawn:

  • Ibgħatilna email fuq: mosta.lc@gov.mt

​​​​​PROĊEDURA TA' INFURZAR

L-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tal-websajts u l-applikazzjonijiet mobbli ta' korpi tas-settur pubbliku. Fil-każ li l-mistoqsija tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-ICT mhix indirizzata jew tixtieq tressaq ilment formali, tista' tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA billi timla l-formola tal-ilment onlajn​.

​​​​LINKS IMPORTANTI

​​DIRETTIVA (UE) 2016/2102 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-aċċessibilità tal-websajts u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku 
Informazzjoni dwar Direttiva inkluż proċess lokali li għandu jiġi adottat mill-MCA 
Linji gwida dwar WCAG2.1