Regolamenti dwar il-Cookies

Regolamenti dwar il-Cookies
 
Il-Kunsill Lokali huwa impenjat li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur din il-websajt.  Aħna ma rridu niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex inti minn jeddek permezz tal-abbonament tan-newsletter.
 
X'inhu cookie?
 
Cookie hija informazzjoni żgħira li tkun mitluba mill-websajt għall-browser biex jaħżinha fil-hard-disk tal-kompjuter tiegħek.  Il-cookies kollha għandhom data tal-iskadenza li jiddeterminaw kemm idumu jidhru fil-browser tiegħek.  Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara d-data tal-iskadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.
 
Liema tipi ta’ cookies tuża din il-websajt?
 
Din il-websajt tagħmel użu minn żewġ tipi ta’ cookies, li huma:
*  Cookies temporanji: dawn huma cookies għal ftit żmien li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ din il-websajt.  Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u huma mħassra hekk kif tagħlaq il-browser.
*  Cookies limitati ta’ terzi persuni: dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet barra minn dan l-Uffiċċju u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti.  L-użu ta’ cookies ta’ partijiet terzi fuq din il-websajt huma ristretti u huma permessi biss għall-iskop biex jippermettilek li taqsam l-artikli tagħna permezz tad-diversi netwerks tal-midja soċjali, u meta nippubblikaw kontenut fuq il-paġni ta’ din il-websajt minn websajts ta’ terzi persuni.
 
Kif tista’ tħassar jew tiddiżattiva l-cookies?
Jekk il-browser tiegħek MHUX ikkonfigurat awtomatikament, biex jimblokka l-cookies kollha jew xi wħud, tista’ tikkonfigura manwalment il-browser tiegħek biex ma jaċċettax il-cookies kollha jew jikkontrolla liema cookies huma stabbiliti fuq it-tagħmir tiegħek permezz ta’ din il-websajt.
 
Tista’ ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kif tbiddel is-settings ta’ konfigurazzjoni meħtieġa billi żżur is-sit:
http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies/
 
Id-diżattivazzjoni tal-cookies ta’ din il-websajt ma taffettwax l-esperjenza tieghek ta din il-websajt.