Article

Animal Honours Awards 2022

Friday 7th October 2022

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta kien onorat b’rikonoxximent għall-ħidma tiegħu fil-promozzjoni tal-ħarsien tal-annimali. Grazzi għal dan ir-rikonoxximent, inkomplu nagħtu s-sehem tagħna mal-Isteward tagħna għall-Ħarsien tal-Annimali, il-voluntiera u r-residenti tal-Mosta.

Il-Kunsilliera responsabbli Pia Bonnici attendiet għall-Annimal Honours Award organizzat mill-Ministeru għall-Agrikoltura, Ħut u Drittijiet tal-Annimali, is-Segretarjat tal-Ħut, Akwakultura u Ħarsien tal-Annimali flimkien mal-uffiċċju tal-Kummissarju tad-Drittijiet tal-Annimali.