Avvenimenti

L-Avvenimenti kollha

Wirt In-Natura

L-iskop ewlieni tal-avveniment huwa li jiġġenera għarfien pubbliku u li jenfasizza l-kuxjenza dwar il-konservazzjoni ambjentali inklużi l-impatti u l-effetti tat-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà, l-importanza ta' diversi ħabitats, il-ġestjoni tal-iskart, il-ħajja tal-baħar, l-ilma u l-enerġija. L-informazzjoni se tkun imxerrda permezz ta’ diversi wirjiet edukattivi interattivi, bħal wirjiet ta’ pupazzi u logħob, li kollha huma relatati mal-ambjent. L-entitajiet parteċipanti f’din l-attività huma Ambjent Malta (Hosts), Parks Malta, Wasteserv, l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma (EWA) u l-Awtorità tar-Riżorsi tal-Ambjent (ERA).